Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0741

Kawża T-741/14: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Ottubru 2014 – Hersill vs UASI – KCI Licensing (VACUP)

OJ C 448, 15.12.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2014 – Hersill vs UASI – KCI Licensing (VACUP)

(Kawża T-741/14)

(2014/C 448/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hersill, SL (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KCI Licensing, Inc. (San Antonio, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkonċernata: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 43  499

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 1520/2013-2

Talbiet

tiddikjara dan l-appell fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk jidhru bħala partijiet f’din il-kawż, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top