Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0735

Kawża T-735/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ottubru 2014 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill

OJ C 448, 15.12.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/35


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill

(Kawża T-735/14)

(2014/C 448/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gazprom Neft OAO (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: L. Van den Hende u S. Cogman, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014;

tannulla l-Artikoli 3 u 4(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni PESK ikkontestata u r-Regolament ikkontestat huma vvizzjati minn nuqqas ta’ motivazzjoni u għalhekk jiksru l-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-natura mhux xierqa tal-bażi legali tad-dispożizzjonijiet ikkontestati.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 215 TFUE huwa bażi legali mhux xierqa għad-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament inkwistjoni, peress li r-rikorrenti ma tippreżentax rabta suffiċjenti i) mal-Gvern Russu u ii) mal-għan apparenti tas-sanzjonijiet. Dawn il-prinċipji għandhom jirregolaw ukoll ir-rikors fl-Artikolu 29 TUE bħala bażi legali ta’ miżuri restrittivi kontra Stati terzi.

3.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ drittijiet fundamentali.

Ir-rikorrenti ssostni li d-dispożizzjonijiet ikkontestati jiksru l-prinċipju ta’ proporżjonalità u d-drittijiet fundamentali. Id-dispożizzjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu ksur sproporzjonat għal-libertà ta’ impriżi u għad-dritt ta’ proprjeta tar-rikorrenti, peress li ma humiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom (u għalhekk ma humiex neċessarji) u jimponu, fi kwalunkwe każ, piżijiet li jaqbżu b’mod sinjifikattiv ħafna l-vantaġġi possibbli kollha.


Top