EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0698

Kawża T-698/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Settembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

OJ C 448, 15.12.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/28


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/14)

(2014/C 448/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2431467 (2014), tal-11 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fir-raba’ post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 1;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2703722 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 2;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea DIGIT/R/3/MB/pt 2711165 (2014), tal-31 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tielet post, fl-ambitu tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, fir-rigward tal-Lot Nru 3;

tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità li jiġu kklassifikati fl-ewwel post fl-ambitu tat-tlett lottijiet tal-kuntratt qafas, liema dannu huwa stmat għal tmien mitt elf Euro (EUR 8 00  000) għal-Lot Nru 1, għa erba’ mitt elf Euro (EUR 4 00  000) għal-Lot Nru 2 u għal mitejn elf Euro (EUR 2 00  000) għal-Lot Nru 3, flimkien mal-interessi mid-data tal-għoti tas-sentenza; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati, li permezz tagħhom il-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tagħhom fl-ambitu tal-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2013/029 – ESP DESIS III għal tliet proġetti separati (lottijiet), għandhom jiġu annullati, skont l-Artikolu 263 TFUE, minħabba ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għat-tliet raġunijiet li ġejjin:

1.

Fl-ewwel lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li hija pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fir-rigward tal-offerta teknika tar-rikorrenti;

2.

Fit-tieni lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tar-Regolament finanzjarju, flimkien mar-Regolament ta’ implementazzjoni tiegħu, u tad-dokumenti għal sejħa għal offerti, fir-rigward tal-kwistjoni tal-offerti anormalment baxxi;

3.

Fit-tielet lok, minħabba ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-kompetizzjoni libera, inkwantu l-Kummissjoni imponiet kundizzjonijiet vinkolanti għall-preżentazzjoni tal-offerti, mingħajr ma ppermettiet it-tfassil ħieles tal-istess offerti min-naħa tal-kandidati, sabiex tagħżel l-iktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.


Top