EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0685

Kawża T-685/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

OJ C 431, 1.12.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/35


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-685/14)

(2014/C 431/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara inammissibbli t-talba għal stħarriġ intern, imressqa mir-rikorrent, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-“Konvenzjoni UNECE”), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, il-Konvenzjoni UNECE, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE), id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.


Top