EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0631

Kawża T-631/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Awwissu 2014 – Roland vs UASI – Louboutin (sfumatura ta’ kulur aħmar għall-pett ta’ żarbun)

OJ C 380, 27.10.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2014 – Roland vs UASI – Louboutin (sfumatura ta’ kulur aħmar għall-pett ta’ żarbun)

(Kawża T-631/14)

2014/C 380/21

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Onken u O. Rauscher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christian Louboutin (Pariġi, Franza)

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1591/2013-1, sabiex l-oppożizzjoni Nru B 1 9 22  890 tinżamm b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008845539;

sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark l-oħra, li tikkonsisti fi sfumatura ta’ kulur aħmar, applikata għall-pett ta’ żarbun, għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 8 45  539

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “my SHOES”, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tat-tieni frażi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top