Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0572

Kawża T-572/14: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

OJ C 361, 13.10.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/14


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

(Kawża T-572/14)

2014/C 361/19

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 527/2014-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 30  076

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

użu ħażin ta’ poter permezz ta’ deċiżjoni bbażata fuq kunsiderazzjonijiet relatati mad-dritt tal-kompetizzjoni


Top