Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0536

Kawża T-536/14: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 – Sheraton International IP vs UASI – Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

OJ C 339, 29.9.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Sheraton International IP vs UASI – Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

(Kawża T-536/14)

2014/C 339/24

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sheraton International IP LLC (Stamford, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-każijiet magħquda R 240/2013-5 u R 303/2013-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PARK REGIS” għal servizzi fil-Klassijiet 35, 36 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 4 88  933

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja, reġistrazzjonijiet għal trade marks internazzjonali u t-trade mark notorja “ST REGIS”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top