EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0277

Kawża T-277/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

OJ C 194, 24.6.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-277/14)

2014/C 194/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Kartaġni, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J. Farthouat, J. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 265 TFUE billi naqas milli jieħu azzjoni dwar it-talba tar-rikorrent tas-17 ta’ Jannar 2014, li huwa rrikonoxxa li rċieva, li jiżvela l-evidenza li serraħ fuqha meta ffriża l-assi tar-rikorrent fl-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

Ir-rikorrent jallega li l-konvenut għandu l-obbligu legali li jiżvela lir-rikorrent l-evidenza li huwa bbaża ruħu fuqha meta ffriża l-assi tiegħu, u li l-konvenut kien ntalab formalment jiżvela din l-evidenza u għalhekk kellu l-obbligu li jieħu azzjoni. Huwa ma ħax azzjoni, la billi żvela l-evidenza u lanqas billi rrifjuta li jagħmel dan, u għaldaqstant kiser l-Artikolu 265 TFUE.


Top