EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0123

Kawża T-123/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2014 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)

OJ C 129, 28.4.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/34


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)

(Kawża T-123/14)

2014/C 129/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Diċembru 2013 li ngħatat fil-Każ R 314/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AquaPerfect” għal prodotti fil-klassi 7 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 330 454

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 9 444 118 għat-trade mark verbali “AquaPerfect” għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top