Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0383(01)

Kawża T-383/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Europower vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

OJ C 22, 23.1.2017, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Europower vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-383/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Europower SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cocco u L. Salomoni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Cappelletti, F. Moro u L. Di Paolo, sussegwentement L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: CPL Concordia Soc. coop. (Concordia Sulla Secchia, l-Italja) (rappreżentant: A. Penta, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu (ĠU 2013/S 137-237146) fis-sit tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (JRC) ta’ Ispra (l-Italja), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tat il-kuntratt lil CPL Concordia, u tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi, preċedenti jew sussegwenti, kif ukoll tad-deċiżjoni eventwali li tapprova l-kuntratt u tal-kuntratt inniffsu, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-aċċess għad-dokumenti ta’ din is-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

It-talbiet ta’ CPL Concordia Soc. coop. intiżi għaċ-ċaħda tat-talba li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni huma miċħuda bħala manifestement inammissibbli.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Europower SpA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

CPL Concordia għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati ma’ din il-kawża kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


Top