EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0379
Case T-379/14: Order of the General Court of 17 December 2015 — Universal Music v OHIM — Yello Strom (Yellow Lounge) (Community trade mark — Opposition proceedings — Withdrawal of the opposition — No need to adjudicate)
Kawża T-379/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-379/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
OJ C 68, 22.2.2016, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)
(Kawża T-379/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 068/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2006 (Każ R 274/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yello Strom GmbH u Universal Music GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Universal Music GmbH u Yello Strom GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |