Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0735

Kawżi T-735/14 u T-799/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina — Inklużjoni u, sussegwentement, żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Bażi legali — Ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika — Proporzjonalità”)

ĠU C 392, 29.10.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Gazprom Neft vs Il-Kunsill

(Kawżi T-735/14 u T-799/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Inklużjoni u, sussegwentement, żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Bażi legali - Ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Proporzjonalità”))

(2018/C 392/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gazprom Neft PAO, li kienet Gazprom Neft OAO (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: L. Van den Hende, J. Charles, avukati, u S. Cogman, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Boelaert, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie u S. Simmons, sussegwentement C. Brodie u V. Kaye, sussegwentement C. Brodie, C. Crane u S. Brandon, u fl-aħħar nett C. Brodie, R. Fadoju u S. Brandon, aġenti, assistiti minn G. Facenna, QC, u C. Banner, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, T. Scharf u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tal-Artikolu 1(2)(b) sa (d), (3) u (4), tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 4a, tal-Artikolu 7(1)(a) u tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 54), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 58), u, it-tieni nett, tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 3a, tal-Artikolu 4(3) u (4), tal-Artikolu 5(2)(b) sa (d), (3) u (4), tal-Artikolu 11(1)(a) u tal-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014 tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 20).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-735/14 u T-799/14 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Gazprom Neft PAO għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


Top