Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0684

Kawża T-684/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ftehim ta’ liċenzja — Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”)

OJ C 82, 4.3.2019, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Krka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ liċenzja - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))

(2019/C 82/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Krka Tovarna Zdravil d.d. (Novo Mesto, is-Slovenja) (rappreżentanti: T. Ilešič u M. Kocmut, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn D. Bailey, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)) huwa annullat inkwantu jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Krka Tovarna Zdravil d.d għall-ftehimiet imsemmija f’dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 7(4)(a) tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali hija annullata.

3)

L-Artikoli 8 u 9 tad-Deċiżjoni C(2014) 4955 finali huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Krka Tovarna Zdravil.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


Top