EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0588

Kawża T-588/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

OJ C 389, 23.11.2015, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)

(Kawża T-588/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 389/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2435/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FlexValve bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mechadyne International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


Top