EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0382

Kawża T-382/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali PROTICURD — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power — Raġuni relattiva għal rifjut — Ammissibbiltà — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”)

OJ C 389, 23.11.2015, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)

(Kawża T-382/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali PROTICURD - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power - Raġuni relattiva għal rifjut - Ammissibbiltà - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 389/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie laitière européenne SA (Condé-Sur-Vire, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Compagnie laitière européenne SA.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI), tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Bernhard Rintisch.

3)

Compagnie laitière européenne SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 282, 25.08.2014.


Top