EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0087

Kawża F-87/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

OJ C 431, 1.12.2014, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/49


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-87/14)

(2014/C 431/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti u l-kundanna tal-Kunsill, minn naħa, għall-ħlas tal-interessi moratorji kumpensatorji, u, min-naħa l-oħra, għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla parzjalment id-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, hekk kif jirriżultaw mill-kont dettaljat Nru 55 tas-27 ta’ Settembru 2013, dwar it-talba tat-12 ta’ Lulju 2012 għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika fi sptar tar-rikorrenti;

jiddikjara nulli l-ittri tad-19 ta’ Novembru 2013 tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet li jirrigwardaw ir-riżultat mhux favorevoli ta’ allegata talba għal awtorizzazzjoni bil-quddiem tat-12 ta’ Lulju 2012, jew sussidjarjament, jannullhom;

jannulla, sa fejn hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ Mejju 2014 li tiċħad l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti fis-27 ta’ Diċembru 2013 u fit-18 ta’ Frar 2014;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-interessi moratorji u kumpensatorji mid-data li fiha kienu dovuti s-somom mitluba, kif ukoll għall-kumpens għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


Top