EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0067

Kawża F-67/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

OJ C 380, 27.10.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-67/14)

2014/C 380/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarjat tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ġunju 2013, u d-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kunsill, tat-8 ta’ April 2014, li permezz tagħhom ir-rikorrent tkeċċa;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ ammont ikkalkolat abbażi tar-remunerazzjoni mensili tiegħu bħala AST 3 (EUR 3  500) immultiplikata bin-numru ta’ xhur li jkunu għaddew bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u d-data tal-għoti tas-sentenza fil-kawża preżenti, bħala danni;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 40  000 għad-dannu morali subit.

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċeduri.


Top