Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0532

Kawża C-532/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 24 ta’ Novembru 2014 – Toorank Productions vs Staatssecretaris van Financiën

OJ C 65, 23.2.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-24 ta’ Novembru 2014 – Toorank Productions vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-532/14)

(2015/C 065/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Toorank Productions BV

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

L-intestatura tan-NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li jeħtieġ li tiġi kklassifikata taħtha xarba b’livell ta’ alkoħol ta’ 13,4 % li hija prodotta permezz ta’ taħlita ta’ xarba (bażika) alkoħolika ppurifikata msemmija “Ferm Fruit” – miksuba permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffiegħ – ta’ zokkor, ta’ togħmiet, ta’ koloranti, ta’ aġenti tal-palat, ta’ aġenti li jgħaqqdu, ta’ aġenti li jikkonservaw u ta’ alkoħol ddistillat, fejn dan tal-aħħar ma jirrappreżentax, f’termini ta’ volum u ta’ perċentwal, iktar minn 49 % tal-alkoħol preżenti fix-xarba, filwaqt li 51 % minn din tal-aħħar huwa alkoħol provenjenti mill-fermentazzjoni? F’każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, is-subintestatura NM 2208 70 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata taħtha bħala likur?


Top