EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0457

Kawża C-457/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fit- 2 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis

OJ C 439, 8.12.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis

(Kawża C-457/14)

(2014/C 439/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Claudia Concu, Isabella Mel

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konċessjonijiet ta’ tul inqas minn dawk li nħarġu preċedentement ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, filwaqt li din tal-aħħar tiġi organizzata bil-għan li tirrimedja għall-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti?

2)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament fiż-żmien tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali adegwata għal tul imnaqqas ta’ konċessjonijiet li huma s-suġġett ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fl-imgħoddi?


Top