EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0441

Kawża C-441/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl- 24 ta’ Settembru 2014 – DI, li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

OJ C 421, 24.11.2014, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fl-24 ta’ Settembru 2014 – DI, li qed taġixxi għal Ajos A/S vs Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

(Kawża C-441/14)

2014/C 421/34

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DI (Dansk Industri), li qed taġixxi għal Ajos A/S

Konvenuta: Suċċessjoni tal-mejjet Karsten Eigil Rasmussen

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età jipprekludi leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni Daniża, li skontha l-impjegati ma jkollhomx id-dritt għal allowance ta’ tkeċċija jekk ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni tax-xjuħija dovuta mill-persuna li timpjegahom abbażi ta’ skema ta’ pensjoni li jkunu aderixxew magħha qabel l-età ta’ 50 sena, indipendentement minn jekk ikunux għażlu li jibqgħu fis-suq tax-xogħol jew li jirtiraw?

2)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li qorti Daniża, adita b’rikors li permezz tiegħu impjegat jitlob lil persuna privata li timpjega tħallsu allowance ta’ tkeċċija – obbligu li minnu l-liġi Daniża, kif deskritt fl-ewwel domanda, teżenta lill-persuna li timpjega, eżenzjoni li tmur kontra l-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età –, tibbilanċja l-imsemmi prinċipju u l-effett dirett tiegħu mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju korollarju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u abbażi ta’ dan tikkonkludi li l-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jieħu preċedenza fuq il-prinċipju li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni minħabba l-età, b’mod li, skont id-dritt nazzjonali, il-persuna li timpjega hija eżenti mill-obbligu li tħallas l-allowance ta’ tkeċċija? Qed jiġi mistoqsi wkoll jekk il-fatt li l-impjegat jista’, jekk ikun il-każ, jeżiġi kumpens mill-Istat Daniż minħabba l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Daniża mad-dritt tal-Unjoni għandux jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk jistax jitwettaq tali bbilanċjar.


Top