EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0366

Kawża C-366/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit- 28 ta’ Lulju 2014 – Herrenknecht vs Hév-Sugár

OJ C 351, 6.10.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Herrenknecht vs Hév-Sugár

(Kawża C-366/14)

2014/C 351/07

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herrenknecht AG

Konvenuta: Hév-Sugár Kft.

Domandi preliminari

1)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 (1) fir-rigward tal-punt dwar liema qorti tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-kuntratt tagħhom, il-partijiet kontraenti f’tilwima jkunu taw lil diversi qrati differenti l-ġurisdizzjoni sabiex jinqatgħu t-tilwimiet li jitnisslu mill-imsemmi kuntratt: il-konvenut għandu d-dritt jagħżel liberament bejn il-qorti nnominata li l-ġurisdizzjoni tagħha hija esklużiva u dik li l-ġurisdizzjoni tagħha hija fakultattiva, u jista’ wieħed jikkonkludi li l-qorti adita bit-tilwima tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva?

2)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (2) f’dak li jirrigwarda l-punt dwar liema huwa d-dritt intern li r-regoli sostantivi tiegħu huma applikabbli fl-eżami tal-kuntratt meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati ma’ dan tal-aħħar, il-partijiet kontraenti jkunu indikaw id-dritt intern ta’ diversi Stati Membri bħala d-dritt applikabbli għal dan il-kuntratt?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  80/934/KEE: Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10).


Top