Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0345

Kawża C-345/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis- 17 ta’ Lulju 2014 – SIA “Maxima Latvija” vs Konkurences padome

OJ C 329, 22.9.2014, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – SIA “Maxima Latvija” vs Konkurences padome

(Kawża C-345/14)

2014/C 329/06

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Maxima Latvija”

Konvenuta: Konkurences padome

Domandi preliminari

1)

Il-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’din il-kawża, konkluż bejn is-sid ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u bejjiegħ bl-imnut (kerrej prinċipali), li jillimita d-dritt tas-sid li jiddeċiedi waħdu, mingħajr il-kunsens tal-imsemmi kerrej prinċipali, li jikri proprjetà immobbli kummerċjali oħra lil kompetituri potenzjali tal-kerrej prinċipali, jista’ jitqies bħala ftehim bejn impriżi li s-suġġett tiegħu huwa li jimpedixxi, jillimita jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

2)

Huwa meħtieġ li titwettaq analiżi tal-istruttura tas-suq sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, jekk hija meħtieġa, x’għandha tkopri tali analiżi?

3)

Fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dan il-ftehim mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni s-saħħa fis-suq tal-parteċipanti fil-ftehim li qiegħed jiġi eżaminat f’dan il-kawża kif ukoll il-possibbiltà li tiżdied din is-saħħa?

4)

Fl-eventwalità li sabiex tiġi stabbilita n-natura tal-ftehim u sabiex jiġi stabbilit li jeżistu l-elementi meħtieġa sabiex ikun hemm ftehim ipprojbit ikun meħtieġ li jiġi evalwat jekk tali ftehim jaffettwax is-suq, tali possibbiltà ta’ impatt fuq is-suq tista’ tkun suffiċjenti sabiex fl-istess ħin jiġi ddikjarat li dan il-ftehim jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ftehim ipprojbit, mingħajr ma jiġi evalwat jekk fil-verità kienx hemm effetti negattivi?


Top