Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0341

Kawża C-341/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 14 ta’ Lulju 2014 – J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam

OJ C 339, 29.9.2014, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Lulju 2014 – J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam

(Kawża C-341/14)

2014/C 339/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Harmsen

Konvenut: Burgemeester van Amsterdam

Domandi preliminari

1)

Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) japplika għal sitwazzjonijiet purament interni, [u] fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk dan il-kapitolu huwiex applikabbli, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjonijiet purament interni hija applikabbli?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjoni purament interna hija applikabbli fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...] huwiex applikabbli:

a)

il-qorti nazzjonali għandha tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...] f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, fejn il-fornitur ma stabbilixxiex ruħu b’mod transkonfinali, u lanqas ma joffri servizzi transkonfinali, iżda madankollu jinvoka dawn id-dispożizzjonijiet?

b)

huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda li l-fornitur jipprovdi servizzi prinċipalment lil prostituti ta’ Stati Membri li ma humiex il-Pajjiżi l-Baxxi, li jaħdmu għal rashom?

ċ)

għar-risposta għal din id-domanda, għandu jiġi stabbilit jekk impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra kinux, jew humiex ser ikunu, verament interesssati fl-istabbiliment ta’ dar minn fejn il-prostituzzjoni tiġi offruta minn wara l-vetrina f’Amsterdam?

3)

Sa fejn il-fornitur jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...], il-parti introduttorja tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 10(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva jipprekludu miżura, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, li permezz tagħha huwa permess li operatur ta’ djar minn fejn il-prostituzzjoni tiġi offruta minn wara l-vetrina jikri kmamar għal partijiet mill-ġurnata biss lil prostituti li jistgħu jinftiehmu mill-operatur, b’lingwa li dan jista’ jifhem?


Top