EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0335

Kawża C-335/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Mons (il-Belġju) fil- 11 ta’ Lulju 2014 – Les Jardins de Jouvence SCRL vs L-Istat Belġjan

OJ C 339, 29.9.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Mons (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2014 – Les Jardins de Jouvence SCRL vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-335/14)

2014/C 339/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Jardins de Jouvence SCRL

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

Residenza li toffri servizzi, fis-sens tad-digriet tal-Kunsill tar-Région Wallonne, tal-5 ta’ Ġunju 1997, dwar id-djar għall-anzjani, ir-residenzi li joffru servizzi u ċ-ċentri ta’ ospitalità ta’ matul il-jum għal persuni ta’ iktar minn sittin sena, bi skop ta’ lukru, residenzi individwali intiżi għal persuna waħda jew tnejn, li jinkludu kċina mgħammra, salott, kamra tas-sodda u kamra tal-banju mgħammra, li jippermettulhom b’hekk li jgħixu ħajja indipendenti, kif ukoll diversi servizzi fakultattivi pprovduti fuq ħlas, bi skop ta’ lukru, li ma humiex limitati biss għar-residenti tar-residenza b’servizzi (attività ta’ restorant-bar, ta’ hairdresser u ċentru tal-estetika, sala għall-fiżjoterapija, attivitajiet ta’ terapija okkupazzjonali, post għall-ħasil tal-ħwejjeġ, klinika u teħid tad-demm, sevizzi ta’ tabib) huwa organu li għandu essenzjalment natura soċjali għall-“provvediment tas-servizzi u ta’ l-oġġetti marbuta mal-komfort [assistenza soċjali] u x-xogħol tas-sigurtà soċjali” fis-sens tal-Artikolu 13A(1)(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (li sar l-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2)?

2)

Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti jekk ir-residenza li toffri servizzi inkwistjoni tikseb, għall-provvista tas-servizzi inkwistjoni, sussidji jew kwalunkwe forma oħra ta’ vantaġġ jew ta’ għajnuna finanzjarja mingħand l-awtoritajiet pubbliċi?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU L 347, p. 1.


Top