EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0295

Kawża C-295/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 16 ta’ Ġunju 2014 – DOW Benelux et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

OJ C 303, 8.9.2014, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ġunju 2014 – DOW Benelux et vs Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-295/14)

2014/C 303/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DOW Benelux BV, Esso Nederland BV u ExxonMobil Chemical Holland BV, Kuwait Petroleum Europoort BV, Rütgers Resins BV u Koppers Netherlands BV, Yara Sluiskil BV, BP Raffinaderij Rotterdam BV, Zeeland Refinery NV, ESD-SIC BV, DSM Delft Permit BV, SABIC Innovative Plastics BV, Shell Nederland Raffinaderij BV u Shell Nederland Chemie BV u Akzo Nobel Chemicals BV, Akzo Nobel Industrial Chemicals BV, Emerald Kalama Chemical BV, Nedmag Industries Mining & Manufacturing Holding BV, Rosier Nederland BV, Nederlandse Aardolie Maatschappij BV, Tata Steel IJmuiden BV, Chemelot Site Permit BV, Eska Graphic Board BV, Koch HC Partnership BV

Konvenuta: Staatssecretaris van Infrastructuur en Milieu

Domandi preliminari

1)

Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-operaturi ta’ installazzjonijiet li għalihom ir-regoli dwar l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni previsti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32) kienu japplikaw mill-2013, bl-eċċezzjoni għall-operaturi ta’ installazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10a(3) ta’ din id-direttiva u għall-installazzjonijiet li daħlu ġodda, setgħu mingħajr ebda dubju jitolbu lill-Qorti Ġenerali l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27) sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali?

2)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija illegali sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali minħabba l-fatt li ma ġietx adottata skont il-proċedura ta’ leġiżlazzjoni bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE?

3)

L-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1) jikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE peress li jipprekludi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet ta’ produtturi tal-elettriku sabiex jiġi ddeterminat il-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali? Fil-każ affermattiv, liema huma l-konsegwenzi ta’ dan il-ksur fuq id-Deċiżjoni 2013/448/UE?

4)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija illegali, sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali, minħabba l-fatt li hija bbażata b’mod partikolari fuq data ppreżentata skont l-Artikolu 9a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, mingħajr ma kienu ġew iddeterminati d-dispożizzzjonijiet imsemmija f’dan l-imsemmi paragrafu, adottati skont l-Artikolu 14(1)?

5)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija, sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali, kuntrarja b’mod partikolari għall-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew għall-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) minħabba l-fatt li ssemmi biss b’mod parzjali l-kwantitajiet ta’ emissjonijiet u ta’ kwoti ta’ emissjoni determinanti sabiex jiġi kkalkolat il-fattur ta’ korrezzjoni?

6)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija, sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi transsettorjali, kuntrarja b’mod partikolari għall-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew għall-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li dan il-fattur ta’ korrezzjoni ġie ddeterminat abbażi ta’ data li l-operaturi ta’ installazzjonijiet ikkonċernati mill-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ma setgħux ikunu jafu biha?


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


Top