EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0054

Kawża C-54/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Madrid (Spanja) fil- 5 ta’ Frar 2014 – Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

OJ C 135, 5.5.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2014 – Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-54/14)

2014/C 135/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 34 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio

Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi klawżola li tkun ġiet negozjata individwalment ftehim bejn il-bank u l-konsumatur li jissellef skont liema, minbarra l-emenda fil-kundizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-rati ta’ interess, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-emenda tal-att awtentiku ta’ self u ta’ kostituzzjoni ta’ ipoteka li jkun sar bejn il-bank u l-konsumatur jitħallsu mill-konsumatur, meta l-ftehim kien ġie propost mill-bank bħala waħda minn żewġ għażliet possibbli sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ekonomiċi tas-self ipotekarju u kien ġie aċċettat volontarjament mill-konsumatur, bħala konsegwenza tal-ftehim li kienu waslu għalih l-istabbiliment bankarju u l-mutual association li jappartjeni għaliha l-konsumatur, wara negozjati u fl-interess u għall-benefiċċju tal-membri tal-mutual association?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija negattiva, id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE għandhom jiġu interpretati, f’dak li jikkonċerna n-natura inġusta tal-klawżola, fis-sens li, fir-rigward tal-għan u tas-suġġett tal-ftehim bejn il-bank u l-mutual association, huma jipprekludu ftehim bħal dak deskritt fid-domanda preċedenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


Top