Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0560

Kawża C-560/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – M vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-istatus ta’ refuġjat — Applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja — Regolarità tal-proċedura nazzjonali fl-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja ppreżentata wara ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ status ta’ refuġjat — Dritt għal smigħ — Portata — Dritt għal intervista orali — Dritt li jiġu indikati xhieda u li jiġu kontroeżaminati)

OJ C 104, 3.4.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – M vs Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

(Kawża C-560/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-istatus ta’ refuġjat - Applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja - Regolarità tal-proċedura nazzjonali fl-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja ppreżentata wara ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-għoti ta’ status ta’ refuġjat - Dritt għal smigħ - Portata - Dritt għal intervista orali - Dritt li jiġu indikati xhieda u li jiġu kontroeżaminati))

(2017/C 104/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M

Konvenuti: Minister for Justice and Equality, Ireland, Attorney General

Dispożittiv

Id-dritt għal smigħ, hekk kif japplika fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma jirrikjedix, bħala prinċipju, li meta leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi għal żewġ proċeduri distinti u suċċessivi għall-finijiet tal-eżami, rispettivament, tal-applikazzjoni intiża sabiex jinkiseb l-istatus ta’ refuġjat u tal-applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, l-applikant għal protezzjoni sussidjarja għandu d-dritt għal intervista orali dwar l-applikazzjoni tiegħu u d-dritt li jindika xhieda u li jiġu kontroeżaminati matul din l-intervista.

Madankollu, intervista orali xorta għandha tiġi organizzata meta ċ-ċirkustanzi speċifiċi, li jikkonċernaw il-provi disponibbli għall-awtorità kompetenti jew iċ-ċirkustanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja, jagħmluh neċessarju sabiex din l-applikazzjoni tiġi eżaminata b’għarfien sħiħ, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


Top