EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0334

Kawża C-334/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – Belgique – L-Istat Belġjan vs Nathalie De Fruytier (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Artikolu 13A(1)(b) u (ċ) — Viżta fl-isptar u kura medika — Operazzjonijiet marbuta strettament — Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani għall-finijiet ta’ analiżi medika jew ta’ kura medika jew terapewtika — Attività ta’ natura indipendenti — Sptarijiet u ċentri għat-trattament mediku u ta’ dijanjosi — Stabbiliment tal-istess natura)

OJ C 294, 7.9.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – Belgique – L-Istat Belġjan vs Nathalie De Fruytier

(Kawża C-334/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet għal ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Artikolu 13A(1)(b) u (ċ) - Viżta fl-isptar u kura medika - Operazzjonijiet marbuta strettament - Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani għall-finijiet ta’ analiżi medika jew ta’ kura medika jew terapewtika - Attività ta’ natura indipendenti - Sptarijiet u ċentri għat-trattament mediku u ta’ dijanjosi - Stabbiliment tal-istess natura))

(2015/C 294/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan

Konvenuta: Nathalie De Fruytier

Dispożittiv

1) L-Artikolu 13A(1)(b) u (ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani għall-finijiet ta’ analiżi medika jew ta’ kura medika jew terapewtika, eżerċitata minn terz li jaħdem għal rasu, li s-servizzi tiegħu huma koperti mir-rimbors magħmul mis-sigurtà soċjali, lil kliniki u lil laboratorji. B’mod partikolari, tali attività ma tistax tibbenefika minn eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud inkwantu operazzjoni marbuta strettament ma’ servizzi ta’ natura medika bħal dawk previsti fl-imsemmi Artikolu 13A(1)(b), peress li dan it-terz li jaħdem għal rasu la jista’ jiġi kklassifikat bħala “entità rregolata mid-dritt pubbliku” u lanqas jista’ jaqa’ taħt il-klassifikazzjoni ta’ “sptar”, “ċentr[u] għat-trattament mediku” jew għal “dijanjosi” jew kull “stabbiliment ieħor tal-istess natura rrikonoxxut debitament”, li jopera taħt kondizzjonijiet soċjali komparabbli għal dawk applikati għall-entitajiet irregolati mid-dritt pubbliku.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Top