EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0239

Kawża C-239/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – Abdoulaye Amadou Tall vs Centre public d’action sociale de Huy [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2005/85/KE — Standards minimi għall-proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Artikolu 39 — Dritt għal rimedju effettiv — Applikazzjonijiet multipli għall-ażil — Effett mhux sospensiv tar-rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li ma tkomplix bl-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil — Protezzjoni soċjali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 19(2) — Artikolu 47]

OJ C 68, 22.2.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – Abdoulaye Amadou Tall vs Centre public d’action sociale de Huy

(Kawża C-239/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2005/85/KE - Standards minimi għall-proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri - Artikolu 39 - Dritt għal rimedju effettiv - Applikazzjonijiet multipli għall-ażil - Effett mhux sospensiv tar-rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li ma tkomplix bl-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil - Protezzjoni soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 19(2) - Artikolu 47])

(2016/C 068/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Abdoulaye Amadou Tall

Konvenut: Centre public d’action sociale de Huy

fil-preżenza ta’: Agence fédérale pour l’accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Dispożittiv

L-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, moqri fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix effett sospensiv lil rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jitkompliex l-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


Top