EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0144

Kawża C-144/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Maramureș – ir-Rumanija) – Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca prin Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 273 u 287 — Obbligu ta’ identifikazzjoni ex officio ta’ persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT — Natura taxxabbli tas-servizzi ta’ mediċina veterinarja — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

OJ C 294, 7.9.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Maramureș – ir-Rumanija) – Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca prin Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș

(Kawża C-144/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 273 u 287 - Obbligu ta’ identifikazzjoni ex officio ta’ persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT - Natura taxxabbli tas-servizzi ta’ mediċina veterinarja - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))

(2015/C 294/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Maramureș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Cabinet Medical Veterinar Dr. Tomoiagă Andrei

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca prin Administrația Județeană a Finanțelor Publice Maramureș

Dispożittiv

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, ma jimponix fuq l-Istati Membri li jwettqu ex officio l-identifikazzjoni ta’ persuna taxxabbli bil-għan li tinġabar it-taxxa fuq il-valur miżjud unikament abbażi ta’ dikjarazzjonijiet fiskali, differenti minn dawk relatati ma’ din it-taxxa, meta dawn kienu jippermettu li jiġi kkonstatat li din il-persuna taxxabbli qabżet il-limitu għall-eżenzjoni mill-imsemmija taxxa.

2)

Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludux li amministrazzjoni fiskali tiddeċiedi li servizzi ta’ mediċina veterinarja jkunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, meta din id-deċiżjoni tkun ibbażata fuq regoli ċari u l-prassi ta’ din l-amministrazzjoni ma kinitx ta’ natura li toħloq, f’moħħ operatur ekonomiku prudenti u attent, aspettattiva raġonevoli li din it-taxxa ma tiġix applikata għal tali servizzi, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


Top