This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0598
Case T-598/13: Action brought on 15 November 2013 — Sanctuary Brands v OHIM — Richter International (TAILORBYRD)
Kawża T-598/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)
Kawża T-598/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)
ĠU C 24, 25.1.2014, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/30 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2013 — Sanctuary Brands vs UASI — Richter International (TAILORBYRD)
(Kawża T-598/13)
2014/C 24/55
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sanctuary Brands LLC (New Canaan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richter International Ltd (Scarborough, il-Kanada)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tas-7 ta’ Awwissu 2013 fil-Każ R 1115/2012-1; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 325 549
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: l-applikanti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD”, it-trade mark verbali u l-isem kummerċjali mhux irreġistrat “TAILORBYRD” u l-isem tal-kumpannija “Tailorbyrd, LLC”, użat fil-kummerċ fir-Renju Unit għal “ilbies, qomos”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.