Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0112

Kawża T-112/13: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2013 — Cadbury Holdings vs UASI — Société des produits Nestlé (Forma ta’ ċikkulata sħiħa b’erba’ biċċiet)

OJ C 123, 27.4.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/19


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2013 — Cadbury Holdings vs UASI — Société des produits Nestlé (Forma ta’ ċikkulata sħiħa b’erba’ biċċiet)

(Kawża T-112/13)

2013/C 123/32

Lingwa tar-rikors: l-Ingliz

Partijiet

Rikorrenti: Cadbury Holdings Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Mitcheson, Barrister, P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 513/2011-2 tal-25 ta’ Mejju 2012, għajr sa fejn il-Bord tal-Appell stabbilixxa li t-trade mark ma hijiex ta’ karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b); u

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tar-rikors u tordna l-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ ċikkulata sħiħa b’erba biċċiet għal prodotti fil-klassi 30 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 632 529

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-raġunijiet għat-talba ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d) u (e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c), (d) u (e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


Top