EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0694

Kawża T-694/13 u T-2/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Ipatau vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità”)

OJ C 14, 16.1.2017, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2016 – Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża T-694/13 u T-2/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Żamma tal-isem tar-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”))

(2017/C 014/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vadzim Ipatau (Minsk, il-Belarussja) (rappreżentanti: M. Michalauskas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċizjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 69), tar-Regolament tal-Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2013, L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU 2014, L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Vadzim Ipatau huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


Top