This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0045(01)
Cases T-45/13 RENV and T-587/15: Judgment of the General Court of 8 March 2018 — Rose Vision v Commission (Arbitration clause — Seventh Framework Programme for research, technological development and demonstration activities (2007-2013) — Grant agreement concerning the FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM and SFERA projects — Deadline for providing the final financial audit report — Financial audits finding anomalies in the implementation of the projects — Suspension of payments — Confidentiality of financial audits — Eligibility of the costs declared — Non-contractual liability — Repayment of the sums advanced — Harm caused by listing in the early warning system)
Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA — Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport finali ta’ awditu finanzjarju — Awditi finanzjarji li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti — Sospensjoni tal-ħlasijiet — Kunfidenzjalità tal-awditi finanzjarji — Eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tas-somom imħallsa — Dannu kkawżat permezz tal-inklużjoni fis-sistema ta’ twissija bikrija”)
Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) — Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA — Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport finali ta’ awditu finanzjarju — Awditi finanzjarji li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti — Sospensjoni tal-ħlasijiet — Kunfidenzjalità tal-awditi finanzjarji — Eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tas-somom imħallsa — Dannu kkawżat permezz tal-inklużjoni fis-sistema ta’ twissija bikrija”)
ĠU C 142, 23.4.2018, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/39 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju relattivi għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA - Terminu għall-komunikazzjoni tar-rapport finali ta’ awditu finanzjarju - Awditi finanzjarji li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti - Sospensjoni tal-ħlasijiet - Kunfidenzjalità tal-awditi finanzjarji - Eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tas-somom imħallsa - Dannu kkawżat permezz tal-inklużjoni fis-sistema ta’ twissija bikrija”))
(2018/C 142/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Rose Vision, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: J.J. Marín López, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-45/13 RENV R. Lyal u M. Siekierzyńska, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat u fil-Kawża T-587/15 J. Estrada de Solà, P. Rosa Plaza u S. Delaude, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)
Suġġett
Fil-Kawża T-45/13 RENV, l-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-proġett FutureNEM, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sosniet wara l-ksur ta’ dawn l-istipulazzjonijiet kuntrattwali mill-Kummissjoni, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatmament sostniet wara l-inklużjoni ta’ isimha fis-sistema ta’ twissija bikrija (STB) u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fis-STB u, fil-Kawża T-587/15, l-ewwel nett, essenzjalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat il-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattttwali applikabbli għall-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma għandhiex tagħti lill-Kummissjoni l-ammont mitlub mingħandha, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sosniet wara l-ksur tal-istipulazzjonijiet kuntrattwali mill-Kummissjoni kif ukoll sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tal-ammonti dovuti għall-parteċipazzjoni tagħha f’dawn il-proġetti, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu sostnut wara l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fis-STB u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5449 finali, tat-28 ta’ Lulju 2015, dwar l-irkupru ta’ ammont totali ta’ EUR 535 613,20, flimkien mal-interessi, dovuti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-45/13 RENV u T-587/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) |
Rose Vision, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż, fir-rigward tal-Kawża T-45/13 RENV, dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-45/13, tal-proċedura ta’ appell fil-Kawża C-224/15 P u tal-proċedura ta’ rinviju. |