EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0431

Kawża C-431/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil- 31 ta’ Lulju 2013 — Vietnam Airlines Co. Ltd vs Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

OJ C 325, 9.11.2013, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 325, 9.11.2013, p. 11–12 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2013 — Vietnam Airlines Co. Ltd vs Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

(Kawża C-431/13)

2013/C 325/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenuta fl-ewwel istanza u appellanti: Vietnam Airlines Co. Ltd

Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellata: Brigitta Voss, Klaus-Jürgen Voss

Domandi preliminari

(1)

Il-passiġġier huwa intitolat għall-ammont sħiħ tal-kumpens taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri (1) minħabba dewmien twil anki meta terz, li ma jkunx wieħed mill-passiġġieri, ikun diġà għamel ħlas lill-passiġġier bħala kumpens għad-dewmien, jew għandu tali ħlas jitnaqqas mill-imsemmi ammont?

(2)

Jekk jiġi aċċettat dan it-tnaqqis: dan jgħodd biss għal talbiet għal kumpens għad-danni fis-sens tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża jew anki għal talbiet għal tnaqqis fil-prezz tat-titjira?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Top