EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0180

Kawża C-180/13 P: Appell ippreżentat fil- 12 ta’ April 2013 minn Vetrai 28 srl, li kienet Barovier & Toso Vetrerie Artistiche Riunite srl et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid- 29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-272/00, Barbini et vs Il-Kummissjoni Ewropea

OJ C 207, 20.7.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ C 207, 20.7.2013, p. 2–2 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/5


Appell ippreżentat fil-12 ta’ April 2013 minn Vetrai 28 srl, li kienet Barovier & Toso Vetrerie Artistiche Riunite srl et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-272/00, Barbini et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-180/13 P)

2013/C 207/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Vetrai 28 srl, li kienet Barovier & Toso Vetrerie Artistiche Riunite srl et (rappreżentanti: A Vianello, A. Bortoluzzi u A. Veronese, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Alfredo Barbini srl et, ir-Repubblika Taljana, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla u/jew tirriforma d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tad-29 ta’ Jannar 2013, mogħti fil-Kawża T-272/00, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall- ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jallegaw żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-“Sentenza Comitato Venezia vuole vivere”, minn naħa, fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tqassim tal-oneru tal-prova għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Permezz tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali ma kinitx konformi mas-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-“Comitato Venezia vuole vivere” tad-9 ta’ Ġunju 2011, meta hija tafferma li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni “għandu jkun fiha nfisha l-elementi essenzjali kollha għall-implementazzjoni tagħha mill-awtoritajiet nazzjonali.” Issa, minkejja li d-deċiżjoni kkontestata ma għandhiex l-elementi essenzjali għall-implementazzjoni tagħha mill-awtoritajiet nazzjonali, il-Qorti Ġenerali ma rrilevat ebda nuqqas fil-metodu adottat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, li konsegwentement jirriżulta fi żball ta’ liġi.

Fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-“Sentenza Comitato Venezia vuole vivere”, fil-kuntest tal-irkupru jkun l-Istat Membru– u, għaldaqstant, mhux il-benefiċjarju individwali — li għandu juri, każ b’każ, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE huma ssodisfatti. Madankollu, f’dan il-każ, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, naqset li tiċċara l-“mod” ta’ tali verifika; konsegwentement, peress li ma għandhiex l-elementi essenzjali sabiex turi, fil-kuntest tal-irkupru, jekk il-benefiċċji mogħtija jikkostitwixxux, għall-benefiċjarji, għajnuna mill-Istat, ir-Repubblika Taljana, bil-Liġi Nru 228 tal-24 ta’ Diċembru 2012 (fl-Artikolu 288(351) et seq), iddeċidiet li taqleb l-onus probandi, kuntrarjament għal dak stabbilit fil-ġurisprudenza Komunitarja. Skont il-leġiżlatur Taljan, b’mod partikolari, ma huwiex l-Istat, iżda l-impriżi individwali benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija fil-forma ta’ tnaqqis li għandhom jipprovaw li l-benefiċċji inkwistjoni ma joħolqux distorsjoni fil-kompetizzjoni, u lanqas ma jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri; fin-nuqqas hemm il-preżunzjoni li l-benefiċċju mogħti huwa ta’ natura li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ Komunitarju. Dan kollu huwa evidentement kuntrarju għall-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-“Sentenza Comitato Venezia vuole vivere”.


Top