Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0437

Kawża C-437/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat- 23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Unitrading Ltd vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi doganali tal-Komunità — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni — Oriġini tal-merkanzija — Mezzi ta’ prova — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri)

OJ C 439, 8.12.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Unitrading Ltd vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-437/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi doganali tal-Komunità - Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni - Oriġini tal-merkanzija - Mezzi ta’ prova - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri))

(2014/C 439/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unitrading Ltd

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-prova tal-oriġini tal-merkanzija importata, prodotta mill-awtoritajiet doganali abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali, tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta’ analiżi mwettqa minn terz, li dwarhom dan it-terz jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali sew lill-awtoritajiet doganali jew lil min jagħmel id-dikjarazzjoni doganali, b’tali mod li tiġi ostakolata jew li jkun impossibbli li tiġi vverifikata jew miċħuda l-eżattezza tal-konklużjonijiet użati, sakemm il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza jiġu osservati. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.

2)

F’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, u jekk wieħed jippresupponi li l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar l-analiżi kkonċernati, il-kwistjoni ta’ jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jilqgħu talba tal-parti kkonċernata sabiex jitwettqu, bi spejjeż tagħha, analiżi fil-pajjiż iddikjarat bħala l-pajjiż ta’ oriġini, kif ukoll il-kwistjoni ta’ jekk huwiex ta’ rilevanza li xi partijiet tal-kampjuni tal-merkanzija nżammew matul ċertu żmien, li l-parti kkonċernata setgħet tagħmel użu minnhom għall-finijiet ta’ verifiki minn laboratorju ieħor u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jinformaw lill-persuna kkonċernata bl-eżistenza ta’ subkampjuni ta’ merkanzija miżmuma u bil-fatt li hija tista’ titlob li jingħatawlha għall-finijiet tal-imsemmija verifiki, għandhom jiġu evalwati abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


Top