Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0344

Kawżi Magħquda C-344/13 u C-367/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13) vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Dħul provenjenti minn flus mirbuħa mil-logħob tal-ażżard — Differenza fit-tassazzjoni bejn flus mirbuħa f’pajjiżi barranin u dawk provenjenti minn stabbilimenti nazzjonali)

OJ C 439, 8.12.2014, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13) vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli

(Kawżi Magħquda C-344/13 u C-367/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Dħul provenjenti minn flus mirbuħa mil-logħob tal-ażżard - Differenza fit-tassazzjoni bejn flus mirbuħa f’pajjiżi barranin u dawk provenjenti minn stabbilimenti nazzjonali))

(2014/C 439/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13)

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli

Dispożittiv

L-Artikoli 52 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul il-flus mirbuħa minn logħob tal-ażżard fi stabbilimenti tal-logħob li jinsabu fi Stati Membri oħra, u li teżenta mill-imsemmija taxxi, dħul simili meta huwa provenjenti minn stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali tiegħu.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


Top