EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0333

Kawża C-333/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Sozialgericht Leipzig – il-Ġermanja) – Elisabeta Dano, Florin Dano vs Jobcenter Leipzig (Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Ċittadini ta’ Stat Membru mingħajr attività ekonomika residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor – Esklużjoni ta’ dawn il-persuni mill-benefiċċji speċjali mhux kontributorji u li jingħataw fi flus abbażi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 – Direttiva 2004/38/KE – Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur – Artikoli 7(1)(b) u 24 – Kundizzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti)

OJ C 16, 19.1.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Sozialgericht Leipzig – il-Ġermanja) – Elisabeta Dano, Florin Dano vs Jobcenter Leipzig

(Kawża C-333/13) (1)

(Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Ċittadini ta’ Stat Membru mingħajr attività ekonomika residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor - Esklużjoni ta’ dawn il-persuni mill-benefiċċji speċjali mhux kontributorji u li jingħataw fi flus abbażi tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur - Artikoli 7(1)(b) u 24 - Kundizzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti)

(2015/C 016/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sozialgericht Leipzig

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elisabeta Dano, Florin Dano

Konvenut: Jobcenter Leipzig

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, tad-9 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“benefiċċji speċjali mhux kontributorji u li jingħataw fi flus” fis-sens tal-Artikoli 3(3) u 70 ta’ dan ir-Regolament, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tagħha, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, kif emendat bir-Regolament Nru 1244/2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li abbażi tagħha ċittadini ta’ Stati Membri oħra huma esklużi milli jibbenefikaw minn ċerti “benefiċċji speċjali mhux kontributorji u li jingħataw fi flus” fis-sens tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, filwaqt li dawn il-benefiċċji jkunu ggarantiti liċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti li jkunu jinsabu fl-istess sitwazzjoni, sa fejn dawn iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra ma jkunux jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza abbażi tad-Direttiva 2004/38 fl-Istat Membru ospitanti.

3)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi r-raba’ domanda.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


Top