EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0317

Kawżi magħquda C-317/13 u C-679/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Issuġġettar ta’ sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll — Determinazzjoni tal-bażi legali — Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Bażi legali sekondarja — Konsultazzjoni tal-Parlament)

OJ C 198, 15.6.2015, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ April 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-317/13 u C-679/13) (1)

((Rikors għal annullament - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Issuġġettar ta’ sustanza psikoattiva ġdida għal miżuri ta’ kontroll - Determinazzjoni tal-bażi legali - Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Bażi legali sekondarja - Konsultazzjoni tal-Parlament))

(2015/C 198/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u A. F. Jensen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE, tas-7 ta’ Marzu 2013, li tissottoponi lill-4-metilamfetammina għal miżuri ta’ kontroll, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/496/UE, tas-7 ta’ Ottubru 2013, dwar l-issuġġettar ta’ 5-(2-aminnopropil)indol għal miżuri ta’ kontroll, huma annullati.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/129 u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/496 huma miżmuma sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika tal-Awstrija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.

ĠU C 52, 22.02.2014.


Top