Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0348

Kawża T-348/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Marzu 2014 – Globosat Programadora vs UASI – Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPORT TV INTERNACIONAL — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SPORTV — Raġuni relattiva għal rifjut — Prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95” ]

OJ C 129, 28.4.2014, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Globosat Programadora vs UASI – Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)

(Kawża T-348/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPORT TV INTERNACIONAL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SPORTV - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

2014/C 129/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globosat Programadora Ltda (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sport TV Portugal, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2079/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globosat Programadora Ltda u Sport TV Portugal, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Globosat Programadora Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


Top