EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0017

Kawża T-17/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni ( “Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard — Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju — Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

OJ C 194, 24.6.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/12) (1)

((“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju - Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

2014/C 194/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moritz Hagenmeyer (Hamburg, il-Ġermanja) u Andreas Hahn (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Teufer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u S. Grünheid, aġenti)

Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, Z. Kupčová u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għakk-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011, tas-16 ta’ Novembru 2011, li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 299, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Hagenmeyer u A. Hahn għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


Top