EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0136

Kawża F-136/12: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kunsill

OJ C 26, 26.1.2013, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/75


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-136/12)

2013/C 26/155

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, dwar id-deċiżjoni li ma tadottax il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni li tipprovdi għall-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal tal-Unjoni kif ukoll, it-tieni nett, tad-dikjarazzjonijiet ta’ remunerazzjoni ta’ Jannar, Frar u Marzu 2012 stabbiliti skont l-imsemmija deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jirriżultaw fid-dikjarazzjonijiet tas-salarji tax-xhur ta’ Jannar 2012 et seq., kif ukoll id-dikjarazzjonijiet għas-sena 2011, sa fejn dawn ma japplikawx ir-rata ta’ aġġustament ta’ 1.7 % proposta mill-Kummissjoni;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas lura lir-rikorrent tad-differenza bejn l-ammonti tar-remunerazzjonijiet imħallsa skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2011 sad-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u l-ammonti li jmisshom tħallsu lilu li kieku l-aġġustament ġie kkalkolat korrettament, miżjuda bl-interessi bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, flimkien ma tliet punti u nofs perċentwali, u dan mid-data li fiha kienu dovuti s-somom mitluba prinċipalment;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


Top