Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0146

Kawża F-146/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn sistemi oħra tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors)

ĠU C 364, 3.10.2016, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/43


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-146/12) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn sistemi oħra tal-pensjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors))

(2016/C 364/54)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anne Mommer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, u finalment minn S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalment G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni marbuta mat-transferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda marbuta mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 78.


Top