Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0498

Kawża C-498/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trubunale di Tivoli (l-Italja) fis- 7 ta’ Novembru 2012 Antonella Pedone vs Maria Adele Corrao

OJ C 26, 26.1.2013, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trubunale di Tivoli (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2012 Antonella Pedone vs Maria Adele Corrao

(Kawża C-498/12)

2013/C 26/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Tivoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonella Pedone

Konvenuta: Maria Adele Corrao

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 130 tad-DPR 30.5.2002 Nru 115 dwar il-likwidazzjoni tal-għajnuna legali mħallsa mill-Istat fl-ordinament ġuridiku Taljan — fil-parti fejn inaqqas bin-nofs id-drittijiet dovuti lill-avukat difensur, lill-awżiljarju tal-maġistrat u lill-espert ġudizzjarju — huwa f’konformità mal-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li dawk li ma għandhomx biżżejjed mezzi għandhom dritt għall-għajnuna legali mħallsa mill-Istat meta dan ikun neċessarju sabiex jiżgura aċċess effettiv għall-ġustizzja.

(2)

L-Artikolu 130 tal-DPR 30.5.2002 Nru. 115 dwar il-likwidazzjoni tal-għajnuna legali mħallsa mill-Istat fl-ordinament ġuridiku Taljan — fil-parti fejn inaqqas bin-nofs id-drittijiet dovuti lill-avukat difensur, lill-awżiljarju tal-maġistrat u lill-espert ġudizzjarju — huwa f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ipprovdut fid-dispożizzjoni Komunitarja kif traspost fl-Artikolu 53(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 (TFUE).


Top