EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0250

Kawża C-250/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit- 22 ta’ Mejju 2012 — Călin Ion Plavoșin vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș — Serviciul Solutionare Contestații, Activitatea de Inspecție Fiscală — Serviciul de Inspecție Fiscală Timiș

OJ C 243, 11.8.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Călin Ion Plavoșin vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș — Serviciul Solutionare Contestații, Activitatea de Inspecție Fiscală — Serviciul de Inspecție Fiscală Timiș

(Kawża C-250/12)

2012/C 243/12

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Călin Ion Plavoșin

Konvenuti: Direcția Generală a Finanțelor Publice Timiș — Serviciul Solutionare Contestații, Activitatea de Inspecție Fiscală — Serviciul de Inspecție Fiscală Timiș

Domanda preliminari

Meta l-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli jiġi kkwalifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u l-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment ta’ din il-proprjetà ġie stabbilit mill-partijiet mingħajr ebda riferiment għall-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli jikkonsisti fi:

(a)

il-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment tal-proprjetà stabbilit mill-partijiet wara li titnaqqas il-VAT jew

(b)

il-korrispettiv (il-prezz) għat-trasferiment tal-proprjetà miftiehem mill-partijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top