This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0435
Judgment of the Court (Fourth Chamber), 10 April 2014.#ACI Adam BV and Others v Stichting de Thuiskopie and Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding.#Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden.#Reference for a preliminary ruling — Intellectual property — Copyright and related rights — Harmonisation of certain aspects of copyright and related rights in the information society — Directive 2001/29/EC — Article 5(2)(b) and (5) — Reproduction right — Exceptions and limitations — Reproduction for private use — Lawful nature of the origin of the copy — Directive 2004/48/EC — Scope.#Case C‑435/12.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014.
ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie u Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) u (5) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjoni għal użu privat — Natura legali tal-oriġini tal-kopja — Direttiva 2004/48/KE — Kamp ta’ applikazzjoni.
Kawża C‑435/12.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014.
ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie u Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) u (5) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjoni għal użu privat — Natura legali tal-oriġini tal-kopja — Direttiva 2004/48/KE — Kamp ta’ applikazzjoni.
Kawża C‑435/12.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2014:254
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
10 ta’ April 2014 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) u (5) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjoni għal użu privat — Natura legali tal-oriġini tal-kopja — Direttiva 2004/48/KE — Kamp ta’ applikazzjoni”
Fil-Kawża C‑435/12,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2012, fil-proċedura
ACI Adam BV et
vs
Stichting de Thuiskopie,
Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, K. Lenaerts, Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, M. Safjan, J. Malenovský (Relatur) u A. Prechal, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-9 ta’ Ottubru 2013,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal ACI Adam BV et, minn D. Visser, avukat, |
— |
għal Stichting de Thuiskopie u Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding, minn T. Cohen Jehoram u V. Rörsch, avukati, |
— |
għall-Gvern Olandiż, minn C. Schillemans u M. Noort, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Spanjol, minn M. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, Avvocato dello Stato, |
— |
għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u J. Nasutavičienė, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda u F. Wilman, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-9 ta’ Jannar 2014,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2)(b) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), kif ukoll tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32, u rettifiki ĠU 2004, L 195, p. 16, u ĠU 2007, L 204, p. 27). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn ACI Adam BV kif ukoll ċertu numru ta’ impriżi oħra (iktar ’il quddiem “ACI Adam et”) u s-Stichting de Thuiskopie (iktar ’il quddiem it-“Thuiskopie”) u s-Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding (iktar ’il quddiem is-“SONT”), żewġ fondazzjonijiet inkarigati, l-ewwel waħda, mill-ġbir u t-tqassim tal-ħlas li huma responsabbli għalih il-manifatturi jew l-importaturi ta’ mezzi intiż għar-riproduzzjoni ta’ xogħlijiet litterarji, xjentifiċi jew artistiċi għal użu privat (iktar ’il quddiem il-“ħlas għal kopja privata”) u, it-tieni waħda, li tiffissa l-ammont ta’ dan il-ħlas, minħabba l-fatt li s-SONT tieħu inkunsiderazzjoni, għall-iffissar tal-ammont tal-imsemmi ħlas, id-dannu li jirriżulta minħabba kopji magħmula minn sors illegali. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2001/29
3 |
Il-premessi 22, 31, 32, 35, 38 u 44 tad-Direttiva 2001/29 jistipulaw dan li ġej:
[...]
[...]
[...]
[...]
|
4 |
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29 jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:
|
5 |
L-Artikolu 5(2) u (5) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni provdut fl-Artikolu 2 fil-każi li ġejjin: [...]
[...] 5. L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali tax-xogħol jew suġġett ieħor u ma jippreġudikawx b’mod bla raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.” |
6 |
Skont l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva: “1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu protezzjoni legali adekwata kontra t-tidwir ma’ kull miżura teknoloġika effettiva, li persuna relatata twettaq konsapevolment, jew b’raġunijiet li tkun taf, li qiegħda tilħaq dak il-għan. [...] 3. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-frażi “miżuri teknoloġiċi” tfisser kull teknoloġija, tagħmir jew komponent li, matul il-kors normali tat-tħaddim tiegħu, ikun iddisinjat li jipprevjeni jew jirrestrinġi atti, rigward xogħolijiet jew suġġett ieħor, li mhumiex awtorizzati mid-detentur tad-drittijiet ta’ kull dritt tal-awtur jew kull dritt relatat mad-drittijiet tal-awtur li hemm provdut dwarhom bil-liġi jew id-dritt sui generis li hemm provdut dwarhom fil-Kapitolu III tad-[Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459)]. Drittijiet teknoloġiċi għandhom jitqiesu “effettivi” fejn l-użu ta’ xogħol protett jew suġġett ieħor huwa kontrollat mid-detenturi tad-drittijiet permezz ta’ applikazzjoni ta’ kontroll għal aċċess jew proċess ta’ protezzjoni, bħal qlib f’ċifrarju, taqlib jew trasformazzjoni oħra tax-xogħol jew materjal ta’ xogħol ieħor jew mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ikkupjar li jilħaq l-għan ta’ protezzjoni. 4. Minkejja l-protezzjoni legali li hemm provdut dwarha fil-paragrafu 1, fl-assenza ta’ miżuri volontarji meħuda mid-detenturi tad-drittijiet, magħduda ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet u partijiet oħra relatati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li detenturi tad-drittijiet jagħmlu disponibbli għall-benefiċjarju ta’ eċċezzjoni jew limitazzjoni li hemm provdut dwarha fil-liġi nazzjonali skond l-Artikolu 5(2)(a), (2)(ċ), (2)(d), (2)(e), (3)(a), (3)(b) jew (3)(e) il-mezzi li jibbenefikaw minn dik l-eċċezzjoni jew limitazzjoni, sa fejn huwa meħtieġ biex jibbenefikaw minn dik l-eċċezzjoni jew limitazzjoni u fejn dak il-benfċjarju jkollu aċċess legali għax-xogħol protett jew materjal suġġett relatat. [...]” |
Id-Direttiva 2004/48
7 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/48 jiddefinixxi l-għan tagħha kif ġej: “Din id-Direttiva tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu [‘]drittijiet tal-proprjetà intellettwali[’] jinkludi id-drittijiet tal-proprjetà industrijali.” |
8 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li: “Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet tal-Istat Membru konċernat.” |
Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi
9 |
L-Artikolu 1 tal-Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur (Auteurswet, Stb. 2008, Nru°538, iktar ’il quddiem l-“AW”) jirrikonoxxi lill-awtur ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku jew lis-suċċessur legali tiegħu, b’mod partikolari d-dritt esklużiv li jirriproduċi dak ix-xogħol, suġġett għal-limitazzjonijiet previsti mil-liġi. |
10 |
L-Artikolu 16c(1) u (2) tal-AW jintroduċi l-prinċipju tal-ħlas għal kopji privati. Din id-dispożizzjoni hija fformulata fit-termini li ġejjin: “1. Ir-riproduzzjoni sħiħa jew parzjali ta’ xogħol letterarju, xjentifiku jew artistiku fuq mezz intiż għar-riproduzzjoni, rappreżentazzjoni jew interpretazzjoni ta’ xogħol, ma għandhiex titqies bħala ksur tad-drittijiet tal-awtur, sakemm ir-riproduzzjoni ssir mingħajr skopijiet kummerċjali diretti jew indiretti u jekk din isservi esklużivament għall-prattika, studju jew użu mill-persuna fiżika li tagħmel ir-riproduzzjoni. 2. Ir-riproduzzjoni, fis-sens tal-ewwel paragrafu, tagħti lok għall-ħlas ta’ remunerazzjoni ġusta lill-awtur tax-xogħol jew lis-suċċessur legali tiegħu. Il-fabbrikant jew l-importatur tal-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-ħlas ta’ din ir-remunerazzjoni.” |
11 |
L-Artikolu 1019h tal-Kodiċi tal-proċedura ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering), li jikkostitwixxi t-traspożizzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE, huwa redatt fit-termini li ġejjin: “Sa fejn ikun meħtieġ, b’deroga mit-tieni paragrafu tat-tnax-il sezzjoni tat-tieni titolu tal-ewwel Ktieb, u mill-Artikolu 843a(1), il-parti li titlef hija kkundannata tħallas l-ispejjeż ġudizzjarji raġonevoli u proporzjonati u l-ispejjeż l-oħra sostnuti mill-parti li tirbaħ il-kawża, sakemm l-ekwità ma tippermettix dan.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
12 |
ACI Adam et huma importaturi u/jew manifatturi ta’ mezzi għall-ħażna tad-data verġni, bħal ma huma s-CDs u s-CD-R. |
13 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 16c tal-AW, ACI Adam et huma obbligati jħallsu l-ħlas għal kopji privati lit-Thuiskopie u l-ammont ta’ dan tal-aħħar huwa ffissat mis-SONT. |
14 |
ACI Adam et jikkunsidraw li huwa żball li dan l-ammont jieħu inkunsiderazzjoni d-dannu mġarrab, jekk ikun il-każ, mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur minħabba kopji magħmula minn sors illegali. |
15 |
Konsegwentement, ACI Adam et ressqu kawża kontra t-Thuiskopie u s-SONT quddiem ir-Rechtbank te ’s-Gravenhage (Qorti ta’ Den Haag) fejn argumentaw, essenzjalment, li l-ħlas għal kopji privati, previst fl-Artikolu 16c(2) tal-AW huwa intiż esklużivament sabiex jirremunera lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur għall-atti ta’ riproduzzjoni li jaqgħu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, b’tali mod li l-ammont ta’ dan il-ħlas ma għandux jieħu inkunsiderazzjoni kumpens għad-dannu mġarrab li jirriżulta minn kopji ta’ xogħlijiet magħmul minn sors illegali. |
16 |
Ir-Rechtbank te ’s-Gravenhage ċaħdet it-talba ta’ ACI Adam et permezz tas-sentenza tal-25 ta’ Ġunju 2008. |
17 |
ACI Adam et ippreżentaw appell minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof te ’s-Gravenhage (Qorti tal-Appell ta’ Den Haag). Permezz ta’ sentenza tal-15 ta’ Novembru 2010, din il-qorti kkonfermat is-sentenza mogħtija mir-Rechtbank te ’s-Gravenhage. |
18 |
Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressaq appell ta’ kassazzjoni ppreżentat minn ACI Adam et kontra din is-sentenza, ikkunsidrat li d-Direttiva 2001/29 ma tispeċifikax jekk għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riproduzzjonijiet magħmula minn sors illegali fil-kuntest tal-istabbiliment tal-kumpens ġust imsemmi fl-Artikolu 5(2)(b) ta’ din id-direttiva. |
19 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tieni domandi
20 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, moqri flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni bejn sitwazzjoni fejn is-sors li minnu tiġi magħmula riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u sitwazzjoni fejn is-sors huwa illegali. |
21 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont it-termini tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29, l-Istati Membri jagħtu lill-awturi d-dritt esklużiv sabiex jawtorizzaw jew jipprojbixxu r-riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti, b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti, tax-xogħlijiet tagħhom, u dan, filwaqt li jirriżervaw lil dawn l-Istati Membri l-għażla, bis-saħħa tal-Artikolu 5(2) tal-istess direttiva, li jipprovdu għall-eċċezzjonijiet u għal-limitazzjonijiet tal-imsemmi dritt. |
22 |
Fir-rigward tal-portata ta’ dawn l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jidderogaw minn prinċipju ġenerali stabbilit minn din l-istess direttiva għandhom ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta (sentenza Infopaq International, C‑5/08, EU:C:2009:465, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
23 |
Minn dan jirriżulta li d-diversi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2001/29 għandhom ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta. |
24 |
Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva jirrikjedi li l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet tad-dritt ta’ riproduzzjoni jkunu applikabbli biss f’ċerti każijiet speċjali li ma jippreġudikawx l-użu normali tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor protett u ma jippreġudikawx inġustament l-interessi leġittimi tad-detentur ta’ dan id-dritt. |
25 |
Issa, kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/29 tillimita ruħha li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet tad-dritt ta’ riproduzzjoni awtorizzati mill-Artikolu 5(2) tagħha, jiġifieri li l-imsemmija eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet japplikaw biss f’ċerti każijiet speċjali, li ma jippreġudikawx l-użu normali tax-xogħol jew ta’ materjal ieħor protett u li ma jippreġudikawx inġustament l-interessi leġittimi tad-detentur ta’ dan id-dritt. Għalhekk, l-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva ma jiddefinixxix il-kontenut materjali tad-diversi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, iżda jsir rilevanti biss fil-mument tal-applikazzjoni tagħhom mill-Istati Membri. |
26 |
Konsegwentement, l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29 la għandu l-għan li jaffettwa l-kontenut materjali tad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva u lanqas, b’mod partikolari, li jwessa’ l-portata tad-diversi eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet previsti fih. |
27 |
Barra minn hekk, mill-premessa 44 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jipprevedi li, meta l-Istati Membri jipprevedu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet imsemmija f’din id-direttiva, il-portata tagħhom tkun tista’ tiġi limitata iktar fir-rigward ta’ ċertu użi ġodda ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal ieħor protett. Min-naħa l-oħra, la din il-premessa u l-ebda dispożizzjoni oħra tal-imsemmija direttiva ma jipprevedu l-possibbiltà li l-Istati Membri jwessgħu l-portata ta’ tali eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet. |
28 |
B’mod iktar partikolari, bis-saħħa tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jipprovdu eċċezzjoni għad-dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni tal-awtur fuq ix-xogħol tiegħu meta inkwistjoni jkun hemm riproduzzjonijiet mwettqa fuq kull mezz magħmula minn persuna fiżika għal użu privat u għal finijiet li ma humiex direttament jew indirettament kummerċjali (iktar ’il quddiem l-“eċċezzjoni ta’ kopja privata”). |
29 |
Issa, din id-dispożizzjoni ma tagħti l-ebda indikazzjoni espliċita dwar in-natura legali jew illegali tas-sors li minnu tista’ ssir ir-riproduzzjoni tax-xogħol. |
30 |
Għaldaqstant il-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata billi jiġi applikat il-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta, kif imfakkra fil-punt 23 ta’ din is-sentenza. |
31 |
Tali interpretazzjoni teżiġi li l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 jinftiehem fis-sens li l-eċċezzjoni ta’ kopja privata tipprojbixxi ċertament, lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur milli jużaw id-dritt esklużiv tagħhom li jawtorizzaw jew jipprojbixxu riproduzzjonijiet fir-rigward ta’ persuni li jwettqu kopji privati tax-xogħlijiet tagħhom, madankollu din tipprekludi li din id-dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li timponi, lil hinn minn din il-limitazzjoni prevista espliċitament, fuq id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur li jittolleraw ksur tad-drittijiet tagħhom li jistgħu jakkompanjaw it-twettiq ta’ kopji privati. |
32 |
Tali konklużjoni barra minn hekk hija kkorraborata mill-kuntest li minnu jifforma parti l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, kif ukoll mill-għanijiet sottostanti. |
33 |
F’dan ir-rigward, minn naħa, mill-premessa 32 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-elenku ta’ eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tagħha għandu jiżgura ekwilibriju bejn it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
34 |
Minn dan isegwi li l-Istati Membri għandhom l-għażla li jistabbilixxu jew li ma jistabbilixxux id-diversi eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, u dan skont it-tradizzjonijiet legali tagħhom, iżda li, ġaladarba huma għażlu li jintroduċu ċerta eċċezzjoni, din tal-aħħar għandha tiġi applikata b’mod koerenti, b’tali mod li ma tkunx tista’ tippreġudika l-għanijiet tad-Direttiva 2001/29 intiżi li jiżguraw funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
35 |
Issa, li kieku l-Istati Membri kellhom l-għażla li jadottaw jew li ma jadottawx leġiżlazzjoni li tagħti l-possibbiltà li riproduzzjonijiet għal użu privat ikunu wkoll magħmula minn sors illegali, minn dan jirriżulta, b’mod ċar, preġudizzju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
36 |
Min-naħa l-oħra, mill-premessa 22 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-għan ta’ appoġġ xieraq biex tinfirex il-kultura ma għandux jintlaħaq billi tiġi ssagrifikata l-protezzjoni stretta tad-drittijiet jew billi jiġu ttollerati forom illegali ta’ distribuzzjoni ta’ xogħlijiet falsifikati jew ikkupjati illegalment. |
37 |
Issa, b’hekk ma tistax tiġi ttollerata leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħmel l-ebda differenza bejn il-kopji privati magħmula minn sorsi legali, u dawk magħmula minn sorsi falsifikati jew ikkupjati illegalment. |
38 |
Barra minn hekk, fil-waqt tal-applikazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni skont jekk is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwiex legali jew illegali, tista’ tikser ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29. |
39 |
Fil-fatt, minn naħa, jekk jiġi aċċettat li tali riproduzzjonijiet jistgħu jsiru minn sors illegali, dan jinkoraġġixxi d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet falsifikati jew ikkupjati illegalment u għalhekk inaqqas neċessarjament il-volum ta’ bejgħ jew ta’ tranżazzjonijiet legali oħra relatati ma xogħlijiet protetti, b’tali mod li l-użu normali tagħhom jiġi ppreġudikat. |
40 |
Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tinvolvi, fid-dawl tal-konstatazzjoni magħmula fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, dannu inġustifikat lid-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur. |
41 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix il-każ ta’ kopji privati magħmula minn sors illegali. |
42 |
F’dan l-istess kuntest tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29, il-qorti tar-rinviju tqajjem ukoll il-kwistjoni dwar jekk, għall-evalwazzjoni tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandux jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li miżuri teknoloġiċi, fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, u li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(2)(b) tal-imsemmija direttiva, ma jeżistux, jew għadhom ma jeżistux, fil-mument meta tiġi implementata din il-leġiżlazzjoni. |
43 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-miżuri teknoloġiċi li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29 huma intiżi li jillimitaw l-atti mhux awtorizzati mid-detenturi ta’ drittijiet, jiġifieri sabiex jiżguraw applikazzjoni korretta ta’ din id-dispożizzjoni u sabiex b’hekk jiġu evitati l-atti li ma josservawx il-kundizzjonijiet stretti li l-imsemmija dispożizzjoni timponi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza VG Wort et, C‑457/11 sa C‑460/11, EU:C:2013:426, punt 51). |
44 |
Barra minn hekk, sa fejn huma l-Istati Membri u mhux id-detenturi ta’ drittijiet li jistabbilixxu l-eċċezzjoni ta’ kopja privata u li jawtorizzaw, għall-finijiet tat-twettiq ta’ tali kopja, dan l-użu ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal ieħor protett, konsegwentement, huwa l-Istat Membru li awtorizza, billi stabbilixxa din l-eċċezzjoni, it-twettiq ta’ kopji privati, li għandu l-obbligu li jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-imsemmija eċċezzjoni u li jillimita b’hekk atti mhux awtorizzati mid-detenturi ta’ drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza VG Wort et, EU:C:2013:426, punti 52 u 53). |
45 |
Issa, mill-punti 39 u 40 ta’ din is-sentenza jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u dik fejn dan is-sors huwa illegali, ma tistax tiżgura applikazzjoni korretta tal-eċċezzjoni ta’ kopja privata. Iċ-ċirkustanza li ma teżisti l-ebda miżura teknoloġika applikabbli sabiex tiġġieled kontra t-twettiq ta’ kopji privati illegali ma hijiex ta’ natura li tikkonfuta din il-konstatazzjoni. |
46 |
Minn dan isegwi li għall-evalwazzjoni tal-konformità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, mad-dritt tal-Unjoni, ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-miżuri teknoloġiċi, fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/29, u li jirreferi għalihom l-Artikolu 5(2)(b) tal-imsemmija direttiva, ma jeżistux, jew għadhom ma jeżistux. |
47 |
Fl-aħħar nett, il-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 41 ta’ din is-sentenza ma hijiex ikkontestata fir-rigward tar-rekwiżit tal-“kumpens ġust” imsemmija fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29. |
48 |
F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi nnotat li, skont it-termini ta’ din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jistabbilixxu l-eċċezzjoni ta’ kopja privata fid-dritt intern tagħhom għandhom jipprovdu għall-ħlas ta’ “kumpens ġust” favur id-detenturi tad-drittijiet. |
49 |
Huwa importanti wkoll li jitfakkar li interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fis-sens li l-Istati Membri li introduċew l-eċċezzjoni ta’ kopja privata, prevista mid-dritt tal-Unjoni u li tinkludi, skont il-premessi 35 u 38 ta’ din id-direttiva, il-kunċett ta’ “kumpens ġust” bħala element essenzjali, huma liberi li jispeċifikaw il-parametri tiegħu b’mod inkoerenti u mhux armonizzat, li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, tmur kontra l-għan tal-imsemmija direttiva intiż għall-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati f’soċjetà tal-informazzjoni kif ukoll li jiġu pprojbiti d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jirriżultaw mid-differenzi fil-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Padawan, C‑467/08, EU:C:2010:620, punti 35 u 36). |
50 |
L-għan ta’ dan il-kumpens huwa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jikkumpensa lill-awturi għall-kopja privata magħmula, mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom, tax-xogħlijiet protetti tagħhom, b’tali mod li għandu jitqies bħala l-kontroparti tad-dannu mġarrab mill-awturi, li jirriżulta minn tali kopja mhux awtorizzata mwettqa minn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Padawan, EU:C:2010:620, punti 30, 39 u 40). |
51 |
Għaldaqstant, bħala prinċipju, hija l-persuna li kkawżat tali dannu, jiġifieri dik li kkuppjat ix-xogħol protett mingħajr ma talbet l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-detentur tad-drittijiet, li tikkumpensa d-dannu mġarrab billi tiffinanzja l-kumpens li għandu jingħata lil dan id-detentur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Padawan, EU:C:2010:620, punt 45, u Stichting de Thuiskopie, C‑462/09, EU:C:2011:397, punt 26). |
52 |
Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li, fid-dawl tad-diffikultajiet prattiċi marbuta ma’ tali sistema ta’ kumpens ġust, huwa possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu, għall-finijiet tal-finanzjament tal-kumpens ġust, ħlas li ma jitħallasx direttament mill-persuni privati kkonċernati, iżda minn dawk li jistgħu jgħaddu l-ammont ta’ dan il-ħlas fil-prezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-attrezzaturi, tagħmir u mezzi intiżi għar-riproduzzjoni jew fil-prezz tas-servizz ta’ riproduzzjoni mogħti, għalhekk l-oneru tal-imsemmi ħlas jiġi definittivament sostnut mill-utent privat li jħallas dan il-prezz (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Padawan, EU:C:2010:620, punti 46 u 48, kif ukoll Stichting de Thuiskopie, EU:C:2011:397, punti 27 u 28). |
53 |
Fit-tieni lok, mill-premessa 31 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li s-sistema ta’ ħlas stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat għandha żżomm bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tal-awturi, benefiċjarji tal-kumpens ġust, minn naħa, u dawk tal-utenti ta’ materjal protett, min-naħa l-oħra. |
54 |
Issa, sistema ta’ ħlas għal kopji privati, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni, fir-rigward tal-kalkolu tal-kumpens ġust dovut lill-benefiċjarji tagħha, bejn is-sitwazzjoni fejn is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u dik fejn dan is-sors huwa illegali, ma tosservax il-bilanċ ġust invokat fil-punt preċedenti. |
55 |
Fil-fatt, f’tali sistema, id-dannu kkawżat, u għalhekk l-ammont tal-kumpens ġust dovut lill-benefiċjarji, huwa kkalkolat abbażi tal-kriterju ta’ dannu kkawżat lill-awturi kemm mir-riproduzzjonijiet għal użu privat, imwettqa minn sors legali, kif ukoll mir-riproduzzjonijiet imwettqa minn sors illegali. L-ammont hekk ikkalkolat huwa sussegwentement, definittivament, trażmess fil-prezz li l-utenti ta’ materjal protett iħallsu fil-mument tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tagħhom ta’ attrezzaturi, tagħmir u mezzi li jippermettu t-twettiq ta’ kopji privati. |
56 |
F’dan is-sens, l-utenti kollha li jixtru tali attrezzaturi, tagħmir jew mezzi huma indirettament ippenalizzati peress li, billi jġorru l-oneru tal-ħlas iffissat indipendentement min-natura legali jew illegali tas-sors li minnu twettqu tali riproduzzjonijiet, huma neċessarjament jikkontribwixxu għall-kumpens għad-dannu kkawżat mir-riproduzzjonijiet għal użu privat minn sors illegali li ma humiex awtorizzati mid-Direttiva 2001/29 u b’dan il-mod huma obbligati li jassumu spiża supplimentari importanti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu kopji privati koperti mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(b) tagħha. |
57 |
Issa, tali sitwazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li tissodisfa r-rekwiżit ta’ bilanċ ġust li għandu jinsab bejn, minn naħa, id-drittijiet u l-interessi tal-benefiċjarji tal-kumpens ġust u, min-naħa l-oħra, dawk tal-imsemmija utenti. |
58 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel żewġ domandi għandha tkun li d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, moqri flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u dik fejn dan is-sors huwa illegali. |
Fuq it-tielet domanda
59 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2004/48 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tista’ tapplika għal proċedura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuni suġġetti għal ħlas tal-kumpens ġust jitolbu lill-imsemmija qorti tiddeċiedi kontra l-organizzazzjoni inkarigata mill-ġbir u bit-tqassim ta’ dan il-kumpens bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba. |
60 |
Għandu jitfakkar li d-Direttiva 2004/48 hija intiża, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, li tiżgura r-rispett tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali permezz tal-istabbiliment, għal dan il-għan, ta’ diversi miżuri, proċeduri u rimedji fi ħdan l-Istati Membri. |
61 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48 ma humiex intiżi li jirregolaw l-aspetti kollha marbuta mad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali, iżda biss dawk li huma inerenti minn naħa, għar-rispett ta’ dawn id-drittijiet u, min-naħa l-oħra, għal-ksur tal-imsemmija drittijiet, billi jimponu l-eżistenza ta’ rimedji effettivi intiżi li jipprevjenu, jitterminaw jew jirrimedjaw kwalunkwe ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali eżistenti. (ara s-sentenza Bericap Záródástechnikai, C‑180/11, EU:C:2012:717, punt 75). |
62 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tagħha jillimitaw ruħhom li jiżguraw ir-rispett tad-diversi drittijiet li jibbenefikaw minnhom il-persuni li jkunu kisbu drittijiet għall-proprjetà intellettwali, jiġifieri, id-detenturi ta’ tali drittijiet, u ma għandhomx jiġu interpretati bħala li huma intiżi li jirregolaw id-diversi miżuri u proċeduri disponibbli għal persuni li ma humiex personalment detenturi ta’ tali drittijiet, u li ma jirrigwardawx unikament ksur ta’ dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bericap Záródástechnikai, EU:C:2012:717, punt 77). |
63 |
Issa, proċedura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-portata ta’ sistema tal-eċċezzjoni ta’ kopja privata u l-impatt tagħha fuq il-ġbir u t-tqassim tal-kumpens ġust li għandu jitħallas mill-importaturi u/jew mill-manifatturi ta’ mezzi verġni, skont l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, ma għandiex bħala oriġini azzjoni mressqa minn detenturi tad-dritt intiża li tipprevjeni, twaqqaf jew tirrimedja kull ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali eżistenti, iżda azzjoni mressqa minn operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-kumpens ġust li huma obbligati jħallsu. |
64 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-Direttiva 2004/48 ma hijiex applikabbli. |
65 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li d-Direttiva 2004/48 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal proċedura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuni suġġetti għal ħlas tal-kumpens ġust jitolbu lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi kontra l-organizzazzjoni inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim ta’ dan il-kumpens bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba. |
Fuq l-ispejjeż
66 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.