EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0475

Kawża C-475/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – l-Ungerija) – UPC DTH Sárl vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese (Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 56 TFUE — Direttiva 2002/21/KE — Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Aċċess kundizzjonali — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Reġistrazzjoni — Obbligu ta’ stabbiliment)

OJ C 194, 24.6.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – l-Ungerija) – UPC DTH Sárl vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese

(Kawża C-475/12) (1)

((Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2002/21/KE - Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni - Aċċess kundizzjonali - Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Reġistrazzjoni - Obbligu ta’ stabbiliment))

2014/C 194/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPC DTH Sárl

Konvenuta: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337, p. 37) – Kumpannija stabbilita fi Stat Membru li għandha bħala attività tagħha l-kummerċjalizzazzjoni ta’ pakketti ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni bis-satellita u li toffri provvista ta’ servizzi lil klijentela stabbilita fi Stati Membri oħra tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinatarji tas-servizz li tawtorizza l-provvista biss lill-impriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu – Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinatarji tal-provvista.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u televiżiv jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “sevizzi [servizz] ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

Il-fatt li dan is-servizz jinkludi sistema ta’ aċċess kundizzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(ea) u (f) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

Operatur li jipprovdi servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies li huwa fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fid-dawl tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140.

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u awdjoviżiv jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE.

3)

Il-proċeduri ta’ sorveljanza relatati mas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu taħt l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih jirrisjedu d-destinatarji tal-imsemmija servizzi.

4)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu fuq l-impriżi li jipprovdu fit-territorju tagħhom servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu li jirreġistraw dawn is-servizzi, sakemm jaġixxu b’osservanza tar-rekwiżiti ddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, u

min-naħa l-oħra, jipprekludi li l-impriżi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fi Stat Membru differenti minn dak li fit-territorju tiegħu huma stabbiliti, ikunu obbligati joħolqu, f’dak l-Istat, fergħa jew entità ġuridika distinta minn dik li tinsab fl-Istat Membru ta’ trażmissjoni.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


Top