Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0356

Kawża T-356/11: Rikors ippreżentat fil- 1 ta’ Lulju 2011 — Restoin vs UASI (EQUIPMENT)

OJ C 269, 10.9.2011, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/52


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Lulju 2011 — Restoin vs UASI (EQUIPMENT)

(Kawża T-356/11)

2011/C 269/116

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Restoin (Parigi, Franza) (rappreżentant: A. Alcaraz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-14 ta’ April 2011, fil-Każ R 1430/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ Christian Restoin.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “EQUIPMENT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8722076

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn is-sinjal mitlub huwa distintiv fir-rigward tal-perċezzjoni li jkollu l-pubbliku rilevanti u fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi li għalihom qed tintalab ir-reġistrazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament, sa fejn il-motivazzjoni tal-Bord tal-Appell i) ma tistax tkun globali, peress li l-prodotti msemmija ma humiex suffiċjentement omoġenji u ii) ma hijiex koerenti.


Top