EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0038

Kawża T-38/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni [“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru — Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) — Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

OJ C 48, 8.2.2016, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Cathay Pacific Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/11) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru - Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzjiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karbunat u ta’ sovrataxxi marbuta mis-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 048/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cathay Pacific Airways Ltd (Queensway, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment D. Vaughan, QC, R. Kreisberger, barrister, B. Bär-Bouyssière, avukat, u M. Rees, solicitor, sussegwentement D. Vaughan, R. Kreisberger u M. Rees)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, N. von Lingen u J. Bourke, sussegwentement A. Dawes, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2, 3 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Kawża COMP/39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huma annullati, sa fejn dawn jirrigwardaw lil Cathay Pacific Airways Ltd.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Cathay Pacific Airways Ltd.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


Top